SkyCargo tixtri tlett ajruplani ġodda

SkyCargo, id-diviżjoni ta’ ġarr ta’ merkanzija tal-Emirates tat spinta b’mod sinifikanti lill-kapaċita’ totali ta’ garr ta’ merkanzija. Dan billi n-netwerk tal-ajruplani freighters kien estiż biż-żieda ta’ tlett arjuplani ġodda tat-tip Boeing 777F.

It-tlett ajruplani ġodda, li kull wieħed kapaċi jġorr sa 103 tunnellati ta’ merkanzija, se jtellgħu l-flotta tal-Emirates SkyCargo għal 10 ajruplani u n-netwerk għal merkanzija għal 12-il destinazzjoni.

Il-Boeing 777F hu wieħed mill-iktar frieghters moderni u teknoloġikament avvanżati li hawn bħalissa u għandu l-inqas rata ta’ konsum ta’ fjuwil meta mqabbel ma’ ajruplani simili tiegħu. B’wisa’ ta’ 3.7metri, il-cargo deck ewlieni tiegħu hu l-usa’ wieħed meta mqabbel ma’ freighters oħra u dan jippermetti li jġorr merkanzija goffa u konsenji ikbar.