Skritt rebbieħ ta’ premju prestiġġjuż fuq il-palk tat-Teatru Manoel

Għalkemm il-produzzjoni jisimha 'Ma rridx immur', nista’ nassigurakom li hija produzzjoni li għandek għalfejn tkun trid tmur.
L-iskritt rebbieħ tal-Premju Francis Ebjer, b’kollaborazzjoni mar-Rubberbodies Collective qed jipproduċu 'Ma rridx immur', bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti. Waqt il-provi tal-lum tnieda ukoll il-Premju Francis Ebejer għal din is-sena bis-sehem tal-Ministru Owen Bonnici.
Meta tkellimna mal-awtriċi Leanne Ellul, din esprimiet il-kuntentizza tagħha li qed taħdem ma’ Rubberbodies Collective f’teatru tant prestiġjuż. Qalet ukoll li ħadmet tajjeb ħafna mad-direttur ta’ din il-produzzjoni Jimmy Grima u desskrivitu bħala bniediem ta’ viżjoni wiegħsa.
Din il- produzzjoni ser tinvolvi bosta elementi tal-ħajja fosthom il-mewt, l-imħabba, ir-rabja u l-futur tant mistur. L-istorja ddur madwar Caesy, tfajla b’ marda li qed theddilha ħajjitha u r-relazjonijiet tagħha man-nies qrib tagħha 
F'din il-produzzjoni se jieħdu sehem Ruth Borg, Ryan Cutajar, Marta Vella u Josette Ciappara u se tittella' bejn il-20 u 21 ta’ Marzu fit-Teatru Manoel fit-8pm.
Jimmy Grima, d-dirittur ta’ rubberbodies collective u 'Ma rridx immur' irrisponda l-mistoqsjiet ta’ Newsbook.com.mt:
Spjega min huma u x’inhuma r-Rubberbodies collective?
Grupp ta’ artisti li beda fl-2009. Dawn l-artisti  huma jien, li ġej mid-dinja tat-teatru u d-dinja tal-arti, Mario Sammut magħruf bħala Cygna li ġej mid-dinja tal-mużika u sound design, Matthew Pandolfino li huwa skultur, studja l-arti fina ġo Kuleġġ u jagħmel il-kostmi, il-props u set, Ira Melkonyan li hija xjentista u aritsta performattiva u Rebecca Camilleri li hija żeffiena, korjografa u artista performattiva. Sal-lum għamilna 9 produzzjonjiet u ħafna mix-xogħol tagħna ma’ sarx biss ġo teatri iżda  anke ġo mużewijiet, fl-apert  u f’postijiet abbandunati. S’issa dejjem ħloqna x-xogħol tagħna u qatt ma’ użjana skritt lest iżda ħdimna fuq xogħol mingħajr kliem “iktar iffukat fuq l-estetika, bejn danza u mima”. Din hija l-ewwel darba li qbadna skritt ta’ ħaddieħor u li qed naħdmu fl-iktar teatru konvenzjonali li jeżisti f’Malta.
Kif sibtuha l-kollaborazzjoni mal-atturi ta’ Ma Rridx Immur?
Din hija l-ewwel darba li artisti barra mir-Rubberbodies qed jieħdu ċ-ċentru tal-attenzjoni fil-produzzjoni. Meta bdejna naħdmu indunajna li ġejjin minn żewġ skejjel tal-ħsieb differenti. Huma ġejjin mil-keffa ta’ straight acting u aħna ġejjin minn dinja perfromattiva. Minnhom tgħallimt ħafna u nispera li għallimt ħafna ukoll. Kien hemm naqra diffikulta waqt il-provi minħabba li jien għandi l-proċess tiegħi u huma għandom il-proċess tagħhom iżda tgħallima minn xulxin.
Nafu li is-soltu taħdmu iktar fuq teatru fiżiku milli t-teatru li jimxi iktar ma’ skritt. Sibtu dan bħala sfida?
Le, kienet opportunita għax nispera li l-produzzjoni qed iżżewweġ dawn iż-żewġ stili ma’ xulxin fejn hem il-fiżiku, l-estetika u l-lingwa Maltija.
Kif qed tħossok fuq il-fatt li qegħdin taħdmu fuq skritt rebbieħ ta’ premju tant prestiġġjuż?
“Tajjeb ħafna. Nixtieq li kull skritt li jirbaħ inkunu nistgħu naħdmu fuqu.” Huwa ukoll isbaħ għax Leanne mhux l-ewwel darba li ħadmet mal-Kollettiv bħala kittieba.
Barra l-kitba, kif ħadmet magħkom l-awtriċi biex ittellgħu din il-produzzjoni?
“Din id-darba mhux id waħda użajt ma’ Leanne iżda żewġ idejn.” Qabel bdejt  il-proċess ma’ kulll min hu involut qattajna qisu tlett xhur nirranġaw l-iskritt li ffinalizzajna  fir-raba edizzjoni li għandna llum.
Xi tgħid lill-individwu li għadu qed jistenna biex jiġi jara din il-produzzjoni?
Kull min ġej jara Ma rridx rridx immur ser isib ħafna poeżija Maltija iżda mhux poeżija tal-kelma biss. “Poeżija tal-ġisem, tal-estetika, ċelebrazzjoni tal-poeżija fl-arti kollha għall-ħoss, għall-għajn, għall-widna u għas-sensi kollha.”
Għall-iktar informazzjoni żuru il-website tat-Teatru Manoel 
Ritratt:Tümer Genctürk