Skopri t-teżori tal-Palazz tal-Arċisqof waqt Notte Bianca

Read in English.

Il-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta se jiftaħ il-bibien tiegħu waqt Notte Bianca ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Dakinhar, il-viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil-palazz fosthom il-piano nobile li jinkludi s-sala tat-tron, il-biblijoteka storika tas-seklu 18 u l-ġnien bis-siġar taċ-ċitru.

Il-Palazz jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.

Għall-okkażjoni se tittella’ wirja ta’ dokumenti dwar l-istorja tal-bini nnifsu. Dawn jinkludu d-disinji arkitettoniċi li saru mill-perit Vincenzo Bonello għar-restawr tal-bini tal-palazz fi żmien l-episkopat tal-Arċisqof Mikiel Gonzi.

Se jsiru wkoll taħdidiet informattivi dwar il-proġett ta’ restawr li qed isir f’dan il-bini. Fost il-pitturi għall-wiri se jkun hemm dik tal-Isqof Pawlu Alpheran de Bussan u tal-artist Francesco Zahra li reġgħet tqiegħdet fis-Sala tat-Tron wara li ġiet rrestawrata fl-2017.

Mis-7:3pm ‘il quddiem Classique meets Pop Duo, dwett magħmul minn Lydia Buttigieg u Fiona Cauchi, li se jagħtu kunċerti bl-arpa u l-kitarra.

Il-Palazz tal-Arċisqof se jkun miftuħ mis-6:00pm sal-11:00pm u d-dħul huwa b’xejn.