Skopri kif tista’ tnaqqas l-użu tiegħek tal-ilma

Kultant lanqas biss nirrealizzaw kif b’daqsxejn ħsieb nistgħu niffrankaw il-ħela tal-ilma.

Forsi dak li jkun ma jintebaħx kif anke mill-kamra tas-sodda jista’ jsalva u jiffranka l-ilma.

Segwi dawn il-pariri:

  • Dendel il-ħwejjeġ flok titwihom biex tnaqqas il-bżonn li tgħaddihom.
  • Naqqas l-ammont ta’ ilma li tuża fil-mogħdija billi tesponi l-ħwejjeġ għall-fwar. Dan jista’ jsir faċilment billi ddendel il-ħwejjeġ imkemmxin fil-kamra tal-banju waqt li tinħasel.
  • Aħsel il-ħwejjeġ biss meta hemm bżonn u mhux bilfors wara li jintlibsu darba biss.    
  • Uża l-ilma miġbur mill-A/Cs u d-dehumidifiers biex tgħaddi l-ħwejjeġ.
  • Iġbor l-ilma mill-A/Cs u d-dehumidifiers biex terġa’ tużahom madwar id-dar.

Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org,mt