Skontijiet sa 50% fuq titjiriet tal-Air Malta

Fil-Black Friday, l-Air Malta se jkollha skontijiet sa massimu ta’ 50% fuq it-tariffi Go Smart.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-offerta hija disponibbli sa Cyber Monday, jiġifieri s-26 ta’ Novembru.

L-iskont huwa applikabbli fuq titjiriet lejn u minn:
• Amsterdam
• Brussell
• Pariġi – Charles De Gaulle
• Pariġi – Orly, Moska,
• Casablanca
• Tel Aviv
• Tuneż
• Zurich
• Frankfurt
• Munich
• Londra – Heathrow
• Londra – Gatwick
• Kiev
• Milan – Linate
• Ruma – Fiumicino
• Catania
• Lisbona
• Malaga

Din l-offerta hija valida għall-vjaġġi mill-1 ta’ Diċembru 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 fuq it-tariffi kollha Go Smart. Din tinkludi bagalja ta’ 23 kg bla ħlas. L-iskont huwa validu minn fuq tas-sit tal-Air Malta.