Skont sa 30% għal titjiriet tal-Air Malta

Sale airmalta

L-Air Malta nediet skont ta’ massimu ta’ 30% fuq it-trariffi tal-prodott Go Smart.
Fi stqarrija, il-kumpanija tal-ajru qalet li żiedet il-bejgħ tagħha bi 30% u għalhekk qed tiċċelebra b’dan l-iskont.
Din l-offerta hija miftuħa fuq 23 rotta sat-28 ta’ Mejju 2018.
L-iskont ta’ 30% huwa applikabbli għal titjiriet magħżula lejn u min Amsterdam, Brussell, Pariġi Charles De Gaulle, Pariġi Orly, Lyon, Marsilja, Tunis, Casablanca, Tel Aviv, Londra Gatwick, Munich, Frankfurt, Katanja – Vjenna, Fiumicino, Katanja, Linate, Venezja, Palermo, Comiso, Londra Southend, Cagliari, Katanja – Londra Southend u Cagliari – Londra Southend.
Din l-offerta hija valida wkoll għal vjaġġar fix-xhur popolari tas-sajf, mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu 2018 fuq it-tariffi kollha ta’ Go Smart.
Għal aktar dettalji tista’ tagħfas hawn.