Skont il-pedjatri ħafna ġenituri huma mħassba mill-MMR

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pedjatrija qalet li ħafna ġenituri huma inkwetati dwar it-tilqima tal-MMR minħabba xi sentenzi legali fl-Italja u l-Amerika li allegaw li t-tilqima kienet il-kawża tal-awtiżmu f’xi tfal.

L-Assoċjazzjoni tenfasizza li dawn is-sentenzi ma kienux ibbażati fuq evidenza xjentifika u għandna evidenza qawwija li turi li m’hemm assolutament ebda rabta bejn l-MMR u l-awtiżmu.

It-tilqima tal-MMR tipproteġi lit-tfal minn infezzjonijiet serji fosthom bħall-ħożba, il-gattone l-ħożba Ġermaniża.

Il-ħożba tista’ twassal għall-mewt jew infezzjoni fil-moħħ, b’konsegwenzi serji ta’ diżabilità mentali. Il-gattone tista’ twassal għall-meninġite u telf ta’ smigħ permanenti.

Jekk mara taqbadha r-rubella waqt it-tqala, it-tarbija tista’ titwieled b’difetti serji fil-moħħ, nuqqas ta’ smigħ u dawl.