Skomunika għall-korruzzjoni u assoċjazzjoni mal-Mafia?

Dibattitu internazzjonali dwar il-Korruzzjoni, organizzat mill-Akkademja Pontifiċja għax-Xjenzi Soċjali qed jirrakkomanda li persuni li jinsabu ħatja ta’ korruzzjoni jew assoċjazzjoni mal-Mafia jistgħu jkunu skomunikati mill-Knisja Kattolika.
Iżda il-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan wera kawtela dwar din ir-rakkomandazzjoni  għax isostni li “l-iskomunika hi kwestjoni personali li trid tkun definita sew. Veru li l-korruzzjoni hi dnub li jferi l-komunita’ imma rridu naħsbu sew x’għandu jsir f’dawn il-każi”.
F’dan id-dibattitu ħadu sehem madwar 50 parteċipant fosthom maġistrati f’ħidma kontra l-Mafia u l-korruzzjoni, isqfijiet, in-Nazzjonijiet Uniti, ġurnalisti, vittmi tal-korruzzjoni u tal-Mafia, u ambaxxaturi.
Fil-forum intqal li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-mafia mhux biss hi kwestjoni legali imma wkoll waħda ta’ ċivilta’. Il-Kardinal Peter Turkson qal li dan il-fenomenu jgħaffeġ fuq id-dinjita’ tal-bniedem u għalhekk hu d-dover tal-Knisja li tipproteġi u tippromwovi ir-rispett għad-dinjita’ tal-bniedem.
L-Isqof Silvano Tommasi sostna li l-korruzzjoni hi bħal susa fl-injam u tinfiltra fil-proċessi taż żvilupp tal-pajjiżi fqar u anke dawksinjuri u tgħarraq ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-poplu. Għalhekk irridu noħolqu kultura ta’ ġustizzja li tikkumbatti l-korruzzjoni u favur il-ġid komuni.
F’din l-okkażżjoni kien imniedi ktieb tal-Kardinal Turkson intitolat “Corrosion” (Tnawwir), li fid-daħla tiegħu il-Papa Franġisku jiddeskrivi l-korruzzjoni bħala “laċerazzjoni tal-qalb u firda bejn il-bniedem u Alla”.
Il-Papa kiteb li “il-korruzzjoni hi espressjoni tal-ħajja tal-bniedem dekadenti. Din id-dekadenza hi l-lingwa li biha jikkomunikaw organiżazzjonijiet kriminali internazzjonali. Il-korruzzjoni ma tinsabx biss fil-kriminalita organizzata, imma anke fil-kulturi moderni. Id-degradazzjoni u t-tnawwir tal-qalb huma l-għeruq tal-inġustizzja moderna li minħabba fiha, ħafna anqas jistgħu jaraw il-futur”.