SkolaSajf se tiftaħ fl-1 ta’ Lulju

Read in English.

SkolaSajf se tkun qed tiftaħ fl-1 ta’ Lulju.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li dan ifisser li se tiftaħ kważi ħmistax qabel mis-soltu.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-applikazzjonijiet se jinfetħu bejn il-Ħamis 4 ta’ Ġunju u t-Tlieta 9 ta’ Ġunju.

L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu fuq il-bażi ta’ first come first served. Biex wieħed japplika, għandu jmur fuq il-link services.fes.gov.mt jew fil-fergħat tal-MaltaPost.

“Fi SkolaSajf 2020 se jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji marbuta ma’ distanzi soċjali u iġene fost oħrajn u qed jitfasslu protokolli wara konsultazzjonijiet wiesa’,” qal il-Ministeru.

Il-Ministeru qal li qed ikomplu l-preparamenti għall-ftuħ taċ-childcare centres minn nhar il-Ġimgħa. Dawn jinkludu dawk li huma mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u dawk li jifformaw parti mill-iskema ta’ childcare b’xejn.

Il-Ministeru qal li f’dawn il-preparamenti saru taħditiet matul il-ġurnata bejn l-istakeholders ewlenin, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u l-awtoritajiet tas-saħħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn