Skola tirbaħ premju bis-saħħa tar-riċiklaġġ

L-iskola tas-Sorijiet Franġiskani tax-Xagħra rebħet il-kompetizzjoni Batterija mnedija mill-Kumpanija WasteServ.
Fi stqarrija l-iskola qalet li għat-tieni darba rebħet dan il-premju li jammonta għal €3,500. Stqarret li dawn il-flus se jintużaw għat-tagħlim tal-istudenti, hekk kif minnhom inxtraw tapit tal-lastiku għall-bitħa tal-iskola, sistema għal ilma purifikat u tablets għall-istudenti.
Spjegat li matul is-sena l-iskola dejjem tħeġġeġ u toħloq kuxjenza fost l-istudenti biex jirriċiklaw l-iskart tagħom u biex inaqqsu l-konsum tal-iskart.