Skola Sajf u Klabb 3-16 se jibdew mill-Ġimgħa

Is-servizz ta' Skola-Sajf u Klabb 3-16 se jibdew jingħataw minn nhar il-Ġimgħa li ġej 11 ta' Lulju.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar dan fi stqarrija hek kif qal li fl-aħħar jiem issolviet is-sitwazzjoniji.
Mill-Ġimgħa, 10,800 tifel u tifla se jkunu qed jattendu wieħed mit-63 ċentru f’Malta u Għawdex. 
F’korrispondenza li bagħtet lill-kordinaturi, il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi qalet li bħalissa qed tara fejn se tqassam l-aħħar għalliema.
Qalet ukoll li sabet ukoll ċ-Child Support Workers.  Il-membri kollha tal-istaff għada huma mistennija jmorru fiċ-ċentri rispettivi.
Il-Fondazzjoni temmet tgħid li fil-jiem li ġejjin se tkun qed taħdem fuq il-kwistjonijiet li baqa’ pendenti.
Nhar it-Tlieta li għadda l-Ministru Evarist Bartolo kien qal li dawn is-servizzi se jibdew jingħataw mit-Tnejn li ġej.
Il-kjass li nqala' fuq Skola-Sajf u Klabb 3-16 kien minħabba li ma kienx se jkun hemm biżżejjed għalliema mal-istudenti.
Sal-ġimgħa li għaddiet, il-President tal-MUT Kevin Bonello qal li f’ċentri partikolari kien se jkun hemm għalliem wieħed ma’ 300 tifel u tifla.