Skola ġdida għaż-żfin fil-Mosta

Fil-Mosta infetħet skola ġdida għat-tagħlim tal-ballet, żfin ieħor u mużika.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ilbieraħ filgħaxija inawgura bini ġdid fil-Mosta għal Academy of Dance Arts.
Din l-iskola se tkun qed tinkludi fiha ħames studios u se tkun qed tipprovdi wkoll spazju għal gruppi u għaqdiet oħra li jista' jkollhom bżonn l-użu ta' dawn il-faċilitajiet.
Borg qal li l-valur totali ta’ dan l-investiment jammonta għal madwar €600,000 u €200,000 minnhom ġew minn fondi Ewropej taħt il-Programm LEADER.
Huwa faħħar din l-inizjattiva waqt li kompla jispjega li din l-iskola ser tkun qed tkompli żżid fl-attendenza hekk kif inhu maħsub li madwar 400 student se jkunu qed jissieħbu ma’ din l-iskola. 
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg irringrazzja lill-Grupp Azzjoni Lokali tal-Majjistral kif ukoll lill-ħaddiema kollha li ħadmu fuq dan il-proġett waqt li stieden organizzazzjonijiet oħra simili biex jersqu 'l quddiem bi proġetti ta’ din ix-xorta anki mill-programm il-ġdid ta’ Fondi Ewropej.
Ritratti: Omar Camilleri