Skola ġdida f’Ħal Kirkop

Ħareġ il-permess mill-MEPA biex f’Ħal Kirkop tinbena skola sekondarja oħra, din id-darba tal-bniet. 
L-iskola l-ġdida se tinbena maġenb l-iskola tas-subien u l-kumpless sportiv. 
L-iskola tal-bniet se tkun mgħammra b’faċilitajiet sportivi ġodda. 
Dawn it-tliet binjiet, se jkunu qed jiffurmaw parti mill-Kulleġġ San Benedittu.