Skola fl-Indja għal studenta waħda biss

Janhavi Kumari ta’ seba’ snin tattendi l-iskola fir-raħal ta’ Mansa Bigha fl-Istat ta’ Bihar fl-Indja. Ilha tagħmel hekk għal din l-aħħar sena u l-għalliema tagħha qaltilha li hi l-aħjar studenti fil-klassi. Wara kollox, hi biss hemm fil-klassi.

Fl-iskola hemm bosta kmamar imma waħda biss minnhom tkun okkupata matul il-jum, dik li tkun titgħallem fiha Janhavi. Fil-fatt fl-iskola hemm żewġ għalliema u koka għal din it-tifla li ġejja minn sezzjoni tal-popolazzjoni Indjana li dejjem kienu diskriminati u ma kellhomx aċċess għall-eukazzjoni.

Prinyanka Kumari, l-għalliema tat-tifla, tgħid li Janhavi hi i mpressjonata ħafna bl-istudenta tagħha għax titgħallem malajr. Qatt ma tilfet ġurnata ta’ tagħlim u ħerqana ħafna li tavvanza fl-istudju tagħha.

Janhavi tgħid li xi drabi tħossha mdejqa fl-iskola għax ma jkollhiex ħbieb ma’ min titkellem jew tilgħab.

L-iskola nbniet fl-1972 u għall-bidu kien ikun hemm studenti. Imma mbagħad bdiet tiġri l-kelma li l-iskejjel tal-istat ma kinux ta’ livell għoli u minħabba f’hekk naqsu bis-sħiħ l-istudenti sakemm issa l-iskola kollha spiċċat bi studenta waħda.

Pinky Kumari, omm it-tifla, qalet li li kieku għalqu l-iskola kien se jfisser li binthom tispiċċa illitterata.

“Aħna fqar wisq biex inħallsulha t-tagħlim fi skola privata,” tenniet il-mara. “U grazzi għall-kunsill tar-raħal li l-iskola baqgħet miftuħa għax dawn jemmnu li anki binti għandha l-jedd għat-tagħlim.”