Skola fi Glasgow tieħu n-nar għat-tieni darba f’erba’ snin

The rear elevation of the Glasgow School of Art is seen on fire, in Glasgow, Scotland, Britain, June 15, 2018, in this still image obtained from social media. TWITTER/@ Banpo_Monkey/via REUTERS

L-iskola tal-arti famuża ta’ Glasgow fl-Iskozja nħakmet minn nirien qawwija, erba’ snin biss wara li l-bini ta’ qabel kien inqered minn nar ieħor.

In-nirien fil-bbini ta’ Mackintosh bdew tard ilbieraħ filgħaxija, u nxterdu fil-binijiet tal-madwar fosthom night club u post tad-divertiment għall-istudenti. Jidher li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

L-awtoritajiet Skoċċiżi spjegaw li l-proċess tat-tifi tan-nar minn madwar 120 pumpier mistenni jieħu fit-tul.

Is-sulari kollha tal-iskola tal-arti nħakmu min-nirien u sofrew ħsarat estensivi.

Ritratt: Reuters