Skemi ġodda biex iħajru aktar nies jaħdmu

Tħabbru żewġ skemi li permezz biex iħajru aktar nies jersqu lejn id-dinja tax-xogħol.
Permezz ta’ The Vaste Programme u Work Programme Initiative se jibbenefikaw mal-5,800 persuna f’taħriġ u f’xogħol.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo qal li l-programm Vaste se jassisti lil persuni b’diżabilità u lil individwi vulnerabbli li huma inattivi filwaqt li l-programm l-ieħor jinvolvi inizjattivi li jiffukaw fuq it-taħriġ li jindirizza l-ħtiġijiet u l-abbiltajiet tal-individwi u jnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-benefiċċji soċjali.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia spjega li permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, Malta allokat €11 miljun għall-programm Vaste u €6.2 miljun għall-Work Initiative Programme.
Ritratt: DOI:  Reuben Piscopo