Skemi għal vetturi jniġġsu anqas: 1,422 benefiċjarju fl-2015

Fl-2015 kien hemm 1,422 vettura mixtrija b’għajnuna finanzjarja mill-gvern għaliex iniġġsu anqas mill-medja.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Mizzi qal li s-sidien ġodda ta’ 1,146 vettura bbenefikaw minn għotja ta’ bejn €700 u €900 wara li xtraw karozza iżgħar u li tniġġes anqas minn dik li kellhom reġistrata preċedentament f’isimhom.
Kien hemm ukoll 26 persuna li bbenefikat minn għajnuna fuq ix-xiri ta’ vettura elettrika u 250 persuna li rċiviet €200 biex tikkonverti l-vettura tagħha biex taħdem mil-gass.
Mizzi qal ukoll li dawn l-iskemi se jkunu qed jiġu offruti ukoll fl-2016 flimkien ma għajnuniet beix jinxtraw vetturi ibridi.