Skema ta’ self għal nies vulnerabbli biex jixtru proprjetà

Nies li qegħdin jgħixu f’dar b’kirja sussidjata mill-Gvern jew qed jistennew akkomodazzjoni soċjali u għandhom impjieg stabbli, se jingħataw loan biex jixtru proprjetà.
Dan wara li ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali u l-bank APS għal social loans fil-qasam tal-housing soċjali.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia  qal li hemm 450 persuna li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
Spjega li l-Bank APS se jagħti self sa massimu ta’ €100,000, bil-Gvern se jħallas sa €116 fix-xahar biex minflok jitħallsu għal kera, bihom jinqata’ dejn fuq is-self.

Ritratt: DOI: Francis Micallef