Skema ta’ boroż ta’ studju fit-teoloġija u l-oqsma pastorali

Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għal darb’oħra qed toffri skema ta’ boroż ta’ studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli l-istudju tat-teoloġija u l-oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

L-għan ta’ din l-iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament biex jagħtu sehemhom fil-Knisja u fis-soċjetà. Għas-sena akkademika li ġejja, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000 għal min japplika għal dawn il-korsijiet:

  • Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija (part-time)
  • Master fil-Bijoetika
  • Master fl-Etika tan-Negozju
  • Master fl-Etika Ambjentali
  • Master fit-Teoloġija
  • Master fl-Istudji Reliġjużi

L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fis-16 ta’ Settembru 2019. Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn hawn.