“Skema riċiklar: il-flixken kollha tal-plastik” – FoE

L-iskema mħabbra mill-Gvern dwar ir-riċiklar tal-plastik għandha tinkludi l-fliexken kollha tal-plastik spjegat il-Friends of the Earth(FoE) peress li Malta għad għandha problema ta’ rimi ta’ skart fit-toroq.

Minbarra dan, l-FoE rrimarkat li l-magni li se jkunu qed jieħdu dawn il-fliexken għandhom jitpoġġew f’kull lokalità, inkluż fl-ajruport u mhux fiċ-ċentri kummerċjali biss, biex dawn jintlaħħqu anke minn persuni b’mobilità mnaqqsa.

Fl-istqarrija, l-FoE spejgat ukoll li għandu jkun hemm infurzar kontra abbużi minn ristoranti u lukandi li jservu x-xorb fil-flieken tal-plastik fl-istabbilimenti tagħhom iżda xorta jimponu l-ħlas tar-riċiklaġġ.

L-FoE rrimarkat li din l-iskema għandha tinfirex għall-fliexken ta’ prodotti oħra bħal prodotti tal-ħasil tal-art u tal-ikel u prodotti u ma għandux ikun hemm distinzjoni bejn id-daqs tal-flixkun.

L-FoE spjegat li r-rata li l-konsumatur jieħu lura għandha tkun ta’ 25ċ jew aktar bħala inċentiv biex il-konsumatur jirritorna l-fliexken vojta.