Skema għall-bdiewa li jirrestawraw il-bjar u l-ġibjuni tagħhom

Skema ġdida se tkun qed tirrifondi lill-bdiewa Għawdxin sa massimu ta’ 90% tal-ispejjeż meta jirrestawraw jew inaddfu l-bjar jew il-ġibjuni tagħhom.
L-inizjattiva tħabbret mill-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana waqt il-Jum Internazzjonali tal-Ilma mfakkar min-Nazzjonijiet Magħquda.
Skont stqarrija mill-Ministeru għal Għawdex, l-inizjattiva tapplika għall-bdiewa Għawdxin kollha, kemm dawk fuq bażi full-time, kif ukoll dawk part-time.
L-inizjattiva ttieħdet bil-għan li l-bdiewa Għawdxin jirrestawraw u jnaddfu l-bjar jew il-ġibjuni tagħhom fl-għelieqi sabiex tiżdied il-ħażna tal-ilma.
Għal aktar informazzjoni dwar l-iskema tista’ żżur is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex.