Skema għal makkinarju ġdid tal-kostruzzjoni b’inqas emissjonijiet

Read in English.

Permezz ta’ skema ġdida tal-Malta Enterprise, għodda u makkinarju qadim li jiġġenera emissjonijiet għolja fl-industrija tal-kostruzzjoni se jiġi sostitwit b’dak ġdid, li jiġġenera emissjonijiet baxxi u favur l-ambjent.

Waqt laqgħa organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) ġie spjegat li din l-inizjattiva se tiġi tiswa €4 miljun.

Din l-iskema se tibda tirċievi applikazzjonijiet mill-bidu ta’ Diċembru. L-iskema hija bbażata fuq għotja ta’ flus kontanti sa massimu ta’ €200,000 għal kull impriża li tkopri 40% tal-investiment, u tħeġġeġ lill-operaturi biex jikkunsidraw anke vetturi tal-elettriku hekk kif l-għajnuna titla’ sa 60%. 

Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li din l-iskema hija r-riżultat ta’ konsultazzjoni li saret mill-MDA mal-Gvern biex tagħmel bidla reali fil-mod kif topera l-industrija u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet drastikament. Il-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri rringrazzja lill-MDA talli kienet proattiva u talli ħeġġet lill-membri tagħha biex ikomplu jinvestu.