Skema ġdida ta’ self għall-housing

Il-Gvern nieda skema ta’ self affordabbli bi ftehim mal-Bank of Valletta, bl-isem Home Assist – Housing Authority Repayment Assistance Scheme.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes b’din l-iskema il-bank se jsellef sa massimu ta’ €120,000.
L-iskema l-ġdida tinqasam fi tnejn:
Fl-ewwel parti l-iskema tassisti lil dawk li ma jistgħux jieħdu self minħabba d-depożitu tal-10%, fejn il-BOV se jkun qed jiffinanzja l-ammont totali tas-self fuq il-propjetà filwaqt li l-Awtorità tad-Djar qed tidħol garanti fuq l-10% tad-depożitu.
It-tieni tip ta’ għajnuna li tagħti din l-iskema hi forma ta’ sussidju mogħti mill-Awtorità tad-Djar fuq il-pagament tas-self, sa massimu ta’ €167 fix-xahar. Dan is-sussidju jiġi depożitat direttament il-bank fil-kont tal-applikanti.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li din hi t-tieni skema ta’ self ta’ dan it-tip wara dik offruta mill-Bank APS li tnediet f’April 2017.
Is-Segretarju Parlamentari Galdes saħaq li wara negozjati mal-BOV żdiedu t-thresholds tad-dħul, li kienu jiddeterminaw jekk applikant ikunx eleġibbli għal dan is-self.
Filfatt, it-thresholds għall-persuni single żdiedu minn massimu ta’ €13,200 għal €18,000, għal single parents żdiedu minn €15,600 għal €19,000, u għall-koppji żdiedu minn €18,000 għal €20,000.
Is-Segretarju Parlamentari Galdes temm jgħid li dawk li ma kinux eleġibbli għall-ewwel skema iżda li jidħlu fil-parametri tal-Home Assist imnedija, se jiġu kkuntattjati direttament mill-Awtorità tad-Djar.