Skema ġdida għar-raħħala Għawdxin

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar skema ta’ għajnuna fuq il-ġarr ta’ ġwież bejn Malta u Għawdex għar-raħħala liċenzjati Għawdxin.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Biċċerija, il-Ministru qal li għall-ewwel skema huma eleġibbli dawk li jrabbu l-majjal, iċ-ċanga, il-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż, it-tiġieġ u l-fniek, u li għandhom il-liċenzja neċessarja.
Il-Ministru sostna  li nħass il-bżonn li tingħata għajnuna lir-raħħal Għawdxi li qed ibati minn prezz ogħla għall-ġarr tal-ġwież bejn iż-żewġ gżejjer.
Saħaq li hemm allokati €150,000 fuq medda ta’ tliet snin.
Din l-iskema daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena u l-ħlas se jsir darbtejn fis-sena – f’Marzu u f’Settembru.
Biex japplikaw ir-raħħala jridu jmorru l-biċċerija.
Ritratt: MGOZ – George Scerri