Skema ġdida għall-għaqdiet volontarji f’Għawdex

Tnediet skema ġdida msejħa Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme li tappoġġja proġetti żgħar, avvenimenti u inizjattivi minn organizzazzjonijiet volontarji.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li l-għanijiet ta’ din l-iskema huma li ttejjeb it-tessut soċjali, kulturali, ekonomiku u ekoloġiku t’Għawdex, li tippromwovi u tinkoraġġixxi kultura ta’ volontarjat u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ volontarjat fost is-soċjetà Għawdxija.
L-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi rreġistrati mal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji jistgħu japplikaw taħt din l-iskema t’assistenza.
L-ammont massimu t’assistenza finanzjarja biex jiġu implimentati kwalunkwe proġetti, avvenimenti u inizjattivi proposti f’Għawdex m’għandux jaqbeż il-€5000. Il-proġetti, avvenimenti u inizjattivi proposti għandhom iseħħu fis-sena kurrenti.
Aktar dettalji hawn.