Skema ġdida dwar il-ġbir tal-ħġieġ

Il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat iddeskriva l-inizjattiva tal-ġbir tal-ħġieġ bieb bieb minn 17-il Kunsill Lokali f’Malta bħala fejjieda u pass ieħor favur l-ambjent.
Il-Ministru Brincat qal dan meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo attenda għat-tnedija ta’ din l-inizjattiva.
Il-Ministru Brincat qal li filwaqt li jawgura li fil-ġejjieni l-pass li jmiss għandu jkun li tingħata spinta lir-riċiklaġġ tal-ħġieġ fuq skala nazzjonali u li l-pubbliku għandu jiġi mgħarraf kontinwament u fuq bażi regolari meta jkun ser isir ġbir simili.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, qal li l-importanza tar-riċiklaġġ tal-ħġieġ għandha dejjem tingħata aktar importanza hekk kif dan huwa riżors naturali  li huwa mija fil-mija riċiklabbli u d-domanda għal dan ir-riżors iriċiklat hija waħda kbira ħafna. 

Ritratt: DOI – Clifton Fenech