​Skema ġdida biex jitwaqqfu koperattivi fis-settur pubbliku

Mario Cutajar

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li tnediet skema ġdida għat-twaqqif ta’ koperattivi fis-settur pubbliku.
Spjega li din l-iskema qed issir biex aktar gruppi ta’ ħaddiema jiġu mħajra jingħaqdu f’koperattivi, bl-għan li tiżdied l-effiċjenza u l-produttività fis-settur pubbliku u jitkattar il-ġid għall-ħaddiema li jieħdu sehem.
Mario Cutajar qal li din l-iskema se tieħu post l-iskemi eżistenti. Se jiddaħħal ukoll terminu ta’ żmien sa meta applikazzjoni għal koperattiva ġdida trid tiġi approvata, fejn f’każ li ma tingħatax risposta, it-talba titqies bħala approvata b’mod awtomatiku.
Semma li se titwaqqaf sezzjoni apposta fi ħdan il-People and Standards Division li se tgħin fil-qasam maniġerjali kif ukoll fl-aspett finanzjarju u ż-żamma tal-accounts.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech