Skelettru li nstab f’parkeġġ ikkonfermat bħala l-katavru tar-Re Ingliż Richard III

Skelettru li nstab f’parkeġġ tal-karozzi f’Leicester kien ikkonfermat bħala l-katavru tar-Re Ingliż Richard III. Esperti mill-Universita ta’ Leicester sostnew li mit-testijiet forensiċi irriżulta li l-għadam jaqbel ma’ dak tad-dixxendenzi tal-familja rjali.

Arkeologi saħqu li l-katavru jmur lura għal perjodu tal-1455 u l-1540 filwaqt li kien żvelat ukoll li l-għadam huma ta’ raġel li miet fl-aħħar tas-snin għoxrin jew kmieni fis-snin tletin. Għal daqstant kien ikkonfermat li l-katavru kien tar-Re Richard II li miet fl-età ta’ 32 sena.