Skeletru ta’ pirata jinstab taħt skola primarja

Taħt is-sit ta’ skola primarja f’Edinburgh instabu l-għadam ta’ raġel li mill-ewwel studji arkeoloġiċi jidher li huma l-fdalijiet ta’ pirata li kien jgħix fi żmien is-seklu 16.
Din is-sejba saret hekk kif l-iskola tinsab qrib ta’ port u fl-istess inħawi fejn mas-600 sena ilu kienu jingħataw is-sentenza għall-mewt il-kriminali.
Huwa mifhum li r-raġel indifen f’qabar komuni bla indikazzjoni min kien u bħala deterrent għall-pirati oħra.
Għalkemm ħafna nies jitwerwru minn dawn l-affarijiet, l-għalliema qalu li l-istudenti jinsabu ferm eċitati b’din is-sejba u qed jerġgħu isibu interess fl-istorja.