Skejjel tal-Knisja se jixgħelu l-bini bħala parti mill-inizjattivi għas-Sena tal-Fidi

Bħala parti mill-inizjattivi fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, numru ta’ skejjel tal-Knisja, għada il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2013, se jixgħelu l-bini tal-iskola bħala sinjal tas-sejħa u l-missjoni tagħhom li jkunu dawl tal-fidi għall-istudenti u l-familji tagħhom, u għas-soċjetà kollha. Din l-inizjattiva hija organizzata mit-Taqsima tal-Iżvilupp Spiritwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

Minbarra din l-inizjattiva, kull skola qegħda torganizza diversi attivitajiet marbutin mal-fidi. F’data magħżula minnhom, l-iskejjel qegħdin jorganiżżaw serata ta’ talb għall-istudenti, l-għalliema u l-familji tagħhom filwaqt li jilqgħu l-ġenituri biex jaraw x’attivitajiet qed jagħmlu uliedhom b’rabta mal-fidi.

L-iskejjel li se jieħdu sehem f’din il-mixgħela huma:
• Archbishop’s Seminary School
• Savio College
• St Albert College
• St Aloysius College
• St Augustine College
• St Dorothy School, Sliema
• St Francis School, BKara , Sliema u Cospicua
• St Joan Antide
• St Joseph School, Blata l-Bajda, Paola, u Sliema
• St Paul’s Missionary College
• Stella Maris College
• Teresa Nuzzo, School, Marsa u Żejtun
• Sacred Heart Junior School