Skejjel Knisja u Stat f’Għawdex: Jilqgħu l-istess medja ta’ studenti

Il-medja ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex hi l-istess daqs dik ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex.
Il-medja ta’ studenti fiż-żewġ kategoriji ta’ skejjel hija ta’ 186 student fil-21 skola primarja u sekondarja.
B’kollox hemm 3,900 student li minnhom kważi 2,400 jattendu fi 13-il skola tal-Istat filwaqt li kważi 1,500 jattendu skejjel tal-Knsija f’Għawdex.
Dawn il-figuri ma jinkludux l-għadd ta’ studenti li jattendu f’Sir Mikelanġ Refalo, Sixth Form ta’ Għawdex.
San Lawrenz: l-iżgħar raħal bl-iżgħar klassi
San Lawrenz huwa l-iżgħar raħal f’Għawdex bi skola tal-Istat. L-iżgħar klassi hija dik tal-Kinder 1 fejn jattendu żewġ studenti biss.
Din l-iskola m’għandix studenti fil-klassijiet tal-Year 3 u 4 u l-medja fil-klassijiet l-oħra hija ta’ 5 studenti.
L-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-mistoqsija parlamentari tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said.
Tista' tara l-istatistika sħiħa tal-iskejjel primarji u sekondarji f'Għawdex hawnhekk: