Skedi stretti għal-lecturers biex jissottomettu r-riżultati tal-istudenti

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-akkademiċi fl-Università u l-Junior College, mill-Università ta’ Malta, l-UMASA u l-MUT.  Dan wara li fl-aħħar ġimgħat saru diversi azzjonijiet industrijali.
Il-ftehim jinkludi fost l-oħrajn skedi aktar stretti biex il-lecturers jippreżentaw ir-riżultati tal-istudenti tagħhom. Jinkludi wkoll li ssir reviżjoni tal-mod kif jintagħżlu l-lecturers u kif javvanzaw fil-karriera tagħhom.
Il-ftehim kollettiv, li japplika għall-erba’ snin li ġejjin, jissodisfa wkoll lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) li kienet tat direttivi jekk ma tkunx involuta fin-negozjati.