Skeda għas-sajf 2018 fuq RTK 103FM

Read in English.

L-istazzjon RTK 103FM ħaseb sabiex f’din l-iskeda jinkludi programmi li jżommu kumpanija tajba matul ix-xhur sħan tas-sajf, fejn normalment issibna aktar ġewwa għal frisk milli barra fis-sħana.

Filgħodu nqumu kmieni ma’ George Galea għal Breakfast @ RTK, li bil-kumpanija ferrieħija tiegħu jzommna sad-9am, fejn imbagħad nsegwu Ta’ Kulħadd ma’ Christine Delicata, bl-għajnuna ta’ Massimiliana De Martino f’xi ġranet.

Wara nofsinhar, Albert Galdes iħejji l-programm ta’ mużika In the Mood bejn is-1pm u t-3pm. Imbagħad fit-3pm jibdew serje ta’ programmi interessanti fejn ta’ kuljum tinbidel it-tema, fosthom: Mewġiet mill-imgħoddi ma’ Marvic Cordina; Għażliet ma’ Tano Vella; Il-Beltin ma’ Emanuel Cassar; Hekk Nifhimha Jien ma’ Tano Vella, u Intietef ma’ Lizzie Cutajar.

Id-DJ popolari Arthur Gareth isegwi b’Gareth’s Drive sas-6pm, fejn imbagħad wara l-aħbarijiet insegwu serje oħra ta’ programmi varjati, fosthom: Golden Oldies; Dinja Ewropa ma’ Walter Sultana; u Għidli Dwarek ma’ Fr Keith Bonniċi.

Il-programm ta’ ġrajjiet kurrenti Newsline ikompli b’xandira awdjo-viżiva fejn wieħed jista’ jsegwi dak li jkun qiegħed jiġri fl-istudjo fuq Newsbook.com.mt f’xandira diretta kull nhar ta’ Sibt fl-10am.

Ara l-iskeda kollha tas-Sajf billi tagħfas hawn:

Skeda Sajf RTK 103FM 2018