Skeda ġdida tal-aħbarijiet fuq 103 Malta’s Heart

Read in English.

Hekk kif bdejna Settembru, l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart se jkun wieħed mill-ewwel stazzjonijiet tar-radju li jiftaħ is-separju fuq skeda ġdida. Fl-iskeda l-ġdida tal-aħbarijiet, in-nofstanhar ta’ filgħodu se jkun fih aġġornamenti regolari tal-aħbarijiet kemm fil-Breakfast Show bejn is-6am u 8am kif ukoll fil-Morning Show li jdum sa nofsinhar. Il-ġurnalist stabbilit Jes Saliba se jaġġorna lis-semmiegħa b’aħbarijiet, analiżi u intervisti tul is-sitt sigħat ta’ filgħodu. Aktar dettalji fuq Newsbook.com.mt.

Il-kumplament tal-iskeda se titħabbar fil-ġranet li ġejjin.

Biex jikkumplimenta d-direzzjoni l-ġdida ta’ mużika u diskussjoni, l-istazzjon se jvarja l-kontenut tad-diskussjoni b’kontenut ħafif u dak aktar serju bħalma huma l-aħbarijier u ġrajjiet kurrenti. Il-maniġer tal-istazzjon Arthur Caruana qal li “rridu li nżommu lis-semmiegħa infurmati u aġġornati iżda rridu li l-informazzjoni ma tkunx tqila jew twila”.

X’se jkun hemm fuq 103?

  • Aġġornamenti tal-aħbarijiet kuljum: 7am, 10am, 12am, 2pm, 4pm, 6pm
  • What’s on Newsbook? Mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’12pm u fis-1pm
  • Andrew Azzopardi on 103 – Is-Sibt bejn l-10am-12pm.
Isma’ aktar fuq l-iskeda l-ġdida minn hawn
Filmat: L-Iskeda l-ġdida fuq 103FM

Fl-iskeda l-ġdida, in-nofstanhar ta’ filgħodu se jkun fih aġġornamenti regolari tal-aħbarijiet kemm fil-Breakfast Show bejn is-6am u 8am kif ukoll fil-Morning Show li jdum sa nofsinhar. Il-ġurnalist stabbilit Jes Saliba se jaġġorna lis-semmiegħa b’aħbarijiet, analiżi u intervisti tul is-sitt sigħat ta’ filgħodu.

L-Editor-in-Chief Sylvana Debono qalet li “meta wieħed iżomm f’moħħu li l-istil ta’ ħajja evolva, l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti għandhom ikunu konċiżi sabiex is-semmiegħ ikun jista’ jifhem u jixtarr l-informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata”. Fuq 103 se jibdew jixxandru intervisti qosra u qawwija, qatt itwal minn 10 minuti u aġġornamenti tal-aħbarijiet qosra. Se jkun hemm ukoll programm wieħed ta’ diskussjoni is-Sibt filgħodu. Dan se jitmexxa mill-Professur Andrew Azzopardi u se jidħol f’ħafna suġġetti bl-istil inċiżiv ta’ dan il-preżentatur veteran.

Jes Saliba

L-intervisti se jkunu mod li bih l-aħbarijiet se jingħataw aktar piż fuq 103. Dawn se jsiru minn Jes Saliba fil-Morning Show kif ukoll minn Sylvana Debono u Fr Joe Borg fuq “What’s on Newsbook”. Dawn tal-aħħar huma żewġ programmi ta’ 10 minuti kuljum li fihom jidħlu aktar fil-fond għal dak li jkun ixxandar fl-aħbarijiet li joħorġu minn stejjer fuq Newsbook.com.mt. Dawn se jixxandru f’nisinhar u fis-1pm.

Il-maniġer tal-aħbarijiet Charmaine Attard qalet li “b’dan il-mod nittamaw li nagħmlu sinerġija tal-kontenut tar-radju u l-portal u ngħinu lin-nies jinfurmaw rwieħhom filwaqt li nidderiġuhom ukoll fejn jistgħu jfittxu aktar informazzjoni”.

Iċ-Chairman tal-Bord Editorjali, Rev. Dr Joe Borg qal li “kollox ma’ kollox qed infittxu li nżommu lis-semmiegħa infurmati fl-ispazju ta’ ħin li normalment ikollhom jiddedikaw għar-radju. Fuq Newsbook aħna “Fair, Accurate and Trustworthy”. Fuq 103 inżidu “Short, sharp and to the point”.

Fuq Newsbook aħna “Fair, Accurate and Trustworthy”. Fuq 103 inżidu “Short, sharp and to the point”.

Rev. Dr Joe Borg, iċ-Chairman tal-Bord Editorjali