Skavar f’Manoel Island sospiż għal 3 xhur – FAA

Read in English.

Ix-xogħol ta’ skavar f’Manoel Island ġie sospiż għal tliet xhur wara li ntlaqa’ appell mill-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA).

Fi stqarrija, FAA qalet li t-tribunal tal-appelli tal-ippjanar (EPRT) laqa’ l-appell tagħha sakemm jiġi eżaminat l-appell li sar kontra l-masterplan tal-gżira.

Skont l-FAA, il-masterplan oriġinali tal-2000 skada u qatt ma ġie mġedded. Qalet li l-verżjoni emendata ta’ din is-sena hija invalida.

FAA qalet li tinsab konċernata dwar in-nuqqas ta’ sistema ta’ immaniġjar ambjentali għax-xogħol ta’ skavar li kellha ssir mill-iżviluppaturi. FAA qalet li l-MIDI qalet li t-trakkijiet tal-kuntratturi mhumiex konformi mal-istandards ambjentali.

L-avukat Andrew Sciberras irrappreżenta lill-FAA.