Skattata investigazzjoni dwar messaġġi qarrieqa fiż-żmien festiv

It-Taqsima tal-Kriminalità Onlajn (Cyber Crime Unit) skattat investigazzjoni minħabba li fl-aħħar jiem irċeviet għadd ta’ rapporti dwar messaġġi qarieqa dwar rebħ ta’ flus jew vawċers.
Bosta mill-messaġġi jgħidu li ġejjin mingħand marka internazzjonali ta’ stabbilmenti tax-xiri, imbagħad għadd ta’ imejls mingħand bank internazzjonali bi preżenza lokali li javżaw lill-klijent dwar messaġġi mill-bank mhux moqrija.
Il-Korp tal-Pulizija qal fi stqarrija li ħarsa żgħira mill-qrib lejn dawn il-messaġġi turik li huma finta, għalhekk wieħed għandu jinjorahom mill-ewwel u ma jagħti ebda informazzjoni personali.