Read in English.
Barriera abbandunata fis-Siġġiewi se tibda tilqa’ materjal nadif goff mill-industrija tal-kostruzzjoni minn nhar it-Tnejn li ġej.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent José Herrera, wara diskussjonijiet bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Awtorità tal-Ippjanar (il-PA), WasteServ Malta Ltd. u rappreżentanti tal-Malta Developers Association (MDA).
Il-kumpanija WasteServ hi mistennija li tilqa’, timmaniġja u topera l-proċess, sabiex isir l-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent possibbli.
Intant, l-ERA qiegħda tipproċessa permessi għal 8 barrieri privati oħra sabiex ikunu jistgħu jilqgħu radam u materjal ta’ kostruzzjoni ieħor.