Skart organiku: L-iktar il-Karkariżi; l-inqas tax-Xgħajra

Bejn il-31 ta’ Ottubru 2018 u l-15 ta’ Mejju 2019 inġabru aktar minn 15,000 tunnellata ta’ skart organiku.

F’Malta, Birkirkara kienet l-aktar lokalità li minnha nġabar skart organiku; 815.02 tunnellati, isegwi hemm il-Mosta b’780.50. F’Għawdex l-aktar lokalitajiet li minnhom nġabar skart organiku kienu x-Xagħra, ix-Xewkija u n-Nadur, 264.04 tunellata.

Min-naħa l-oħra l-inqas lokalità f’Malta li minnha nġabar skart organiku kien ix-Xgħajra b’66.62 tunnellati, filwaqt li fiż-Żebbuġ Għawdex inġabar 58.75 tunnellati ta’ skart.

Dawn iċ-ċifri ġew preżentati fil-Parlament wara li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera sabiex jagħti rendikont tal-iskart organiku li nġabar bejn il-31 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Mejju.

Ara: Skart organiku: 90 tunnellata fl-ewwel jum