Skarsezza infermieri: “Int fil-Gvern mhux jien” – Delia

Il-Kap Tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li skont il-pjan tal-Gvern li għandu għall-Isptar Monte Carmeli mhu se jkun hemm l-ebda titjieb fl-isptar qabel is-sena 2023 minkejja r-rapport tal-Awditur Ġenerali ddeskriva sitwazzjoni mwgħera.

Delia qal li minkejja d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru dalghodu li ta x’jifhem li l-Ministru tas-Saħħa kien wassal xi ftehim mal-unjin tal-Infierma, hawn nuqqas kbir ta’ professjonalisti u allura s-sitwazzjoni ma tista qatt titjieb. Huwa qal ukoll li hija biss retorika politika dik tal-Prim Ministru li jitfa’ t-tort tas-sitwazzjoni preżenti fuq l-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista għax il-Partit Laburista issa ilu 5 snin fil-Gvern.

Dwar ix-xogħol qal li mill-ftit riżorsi li għandna, il-Gvern jikkonsma kwart minnhom f’postijiet mhux produttivi fosthom mal-Gozo Channel u l-WasteServ b’konsegwenza li qed jinħolqu pockets li mhu qed jintlew qatt fost edukatturi u professjonalisti mediċi.

Oppożizzjoni mifruda ma toffri ebda tama ta’ soluzzjoni għall-isfidi tal-pajjiż

 Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal ta’ qablu, jiddiletta jitkellem biss b’mod distruttiv fuq sfidi, uħud minnhom li ħolqu Gvernijiet Nazzjonalisti, li dan il-Gvern qed jindirizza b’rieda qawwija. Fosthom fil-qasam tal-infermiera fejn amministrazzjonijiet preċedenti għalqu l-korsijiet għax ħasbu li għandna biżejjed nurses, filwaqt li dan il-Gvern fetaħ skola ġdida li se twassal għal karrieri ġodda ta’ iktar infermiera mħarrġa. Il-Partit Laburista qal dawn l-isfidi jistgħu jsolvihom biss Gvern maqgħud li qed ilesti lil Malta għal futur.