Skandlu żejt: Se jkomplu l-proċeduri kontra Tancred Tabone

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba ta’ Tancred Tabone biex jitneħħew il-proċeduri legali kontrih minkejja li ngħata raġun li drittijiet tal-bniedem ġew miksura mill-Parlament.

Tabone li kien iċ-chairperson tal-Enemalta, ġie akkużat b’korruzzjoni u tixħim fl-2013 wara li l-ġurnal MaltaToday żvela xiri skandaluż ta’ żejt minn kumpanija tal-Istat.

Il-proċeduri kriminali fil-Qorti għadhom għaddejjin madankollu, il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-parlament beda jeżamina rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar ix-xiri taż-żejt mill-Enemalta.

Tabone kien deher quddiem dan il-kumitat iżda huwa rrifjuta li jwieġeb kull mistoqsija. Erba’ snin ilu Tabone kien rebaħ każ kostituzzjonali li fih ingħata raġun li d-dritt għal smigħ xieraq kien miksur mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi għax inħoloq pubbliċità dwar dan il-każ qabel ma bdew il-proċeduri. Wara dan il-Kumitat issosspenda r-rapport tal-NAO b’mod indefinit.

Madankollu l-ġimgħa l-oħra l-Imħallef Joseph R. Micallef fil-Qorti rrifjuta t-talba ta’ Tabone li jitneħħew il-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu. L-Imħallef Micallef qal li minkejja li fil-Qorti nstab li Tabone nkisrulu d-drittijiet mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi ma jfissirx li l-konsegwenza tkun li jitwaqqgħu l-proċeduri kriminali kontrih.