Skandlu Żejt: “Lawrence Gonzi gideb li ma kienx jaf lill-familja Farrugia” – Saviour Balzan

Fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi(PAC) ilbieraħ kompla jinstema’ l-każ tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta, liema każ wassal biex in-negozjant George Farrugia jingħata l-proklama.
Fix-xhieda tiegħu, id-Direttur Maniġerjali tal-Media Today Saviour Balzan qal li l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi “gideb” meta qal li ma kienx jaf lill-familja Farrugia. Żied jgħid li kien ċar li kien hemm familjarità bejn Gonzi u mart George Farrugia.
Saviour Balzan qal li ħamest ijiem qabel mal-Malta Today ippubblikat l-ewwel storja dwar dan l-iskandlu, il-Gvern Nazzjonalista kien ta kumpens ta’ €5 miljun lill-kumpanija Shell. Dan wara li ħareġ li l-Awtorità tar-Riżorsi sabet li kien hemm żbilanċ kontra x-Shell fil-ħruġ ta’ tenders għax-xiri taż-żejt.