Skandlu VW: 630,000 vettura Ġermaniża se jiġu rtirati mis-suq

L-iskandlu tal-emissjonijiet tal-karozzi Volkswagen kompla jinfirex hekk kif il-produtturi Ġermaniżi qablu li jirtiraw mis-suq 630,000 vettura Porsche, Volkswagen, Opel, Audi u Mercedes.
Il-problema tidher li hi s-software tal-magna diesel u l-emissjonijiet għolja tagħha.
Volkswagen ammettiet li s-sena li għaddiet sofriet telf ta’ €4.1 biljun hekk kif kellha tħallas b’erba’ darbiet iktar għall-iskandlu tal-emissjonijiet.