Skandlu: Testijiet bid-duħħan tal-karozzi fuq il-bnedmin u x-xadini

Il-Gvern Ġermaniż ikkundanna esperimenti ffinanzjati minn kumpaniji Ġermaniżi tal-karozzi li kienu qed jużaw umani u xadini sabiex jittestjaw id-dħaħen tad-diżil.
Skont il-midja Ġermaniża, ir-riċerka fuq l-impatt fuq is-saħħa saret mill- European Research Group on Environment and Health in the Transport Sector (EUGT) li hija ffinanzjata minn Volkswagen, Daimler u l-BMW.
Il-Gvern Ġermaniż saħaq li dawn it-testijiet ma jistgħux jiġu ġġustifikati.
Il-EUGT xoljiet is-sena l-oħra.
Fit-testijiet li saru lura fl-2014, l-EUGT qaflet 10 xadini ġo kamra direttament esposti għad-dħaħen ta’ diversi karozzi li jaħdmu bid-diżil.
Il-Volkswagen, li hija involuta fi skandlu ieħor rigward software li kien jagħti informazzjoni falza fuq l-emmissjoni tad-dħaħen tad-diżil, sostniet li dejjem qagħdt lura minn kull forma ta’ abbuż fuq l-annimali.
Daimler, li jimmanifatturaw il-Mercedes-Benz, qalu li jinsabu xxukjati bil-mod ta’ kif ġew implementati dawn l-istudji u jikkundannawhom.