Skandlu fl-Universitá ta’ Harvard

Skandlu fl-Università ta’ Harvard hekk kif numru mdaqqas ta’ studenti ikkuppjaw waqt l-eżami finali tagħhom. B’riżultat ta’ dan, id-dekan wissa li se jiġu imposti sanzjonijiet fuqhom.

Aktar min nofs l-istudenti, li b’kollox jammontaw għal 125 ruħ, jinsabu taħt investigazzjoni u ġew mitluba biex ma jattendux għal perjodu ta’ żmien filwaqt li oħrajn jinsabu taħt probation.

Il-każ ħareġ meta għalliem li kien qed jikkoreġi l-karti tal-eżamijiet, nnota li t-tweġibiet ta’ xi studenti kienu identiċi.

Id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti u x-Xjenza, Michael Smith qal li l-każ daqt se jissolva iżda dan wassal biex numru ta’ studenti tkeċċew mill-Università.

Fost il-persuni involuti hemm membri tat-teamijiet sportivi tal-Università. Konsegwenza ta’ dan, huma ġew sospiżi mit-teamijiet rispettivi tagħhom.