Skaloppini tat-tiġieġ bil-faqqiegħ

Ingredjenti

3 isdra tat-tiġieġ bla ġilda

45g dqiq

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

4 mgħaref butir

220g faqqiegħ slajsjat

nofs basla mqattgħa rqiq

2 irjus tat-tewm mgħaffġa

kwart ta’ kikkra nbid abjad

kwart ta’ kikkra brodu tat-tiġieġ

meraq ta’ lumija

kwart ta’ kikkra krema tal-ħalib

melħ u bżar

tursin imqatta’ biex isservi

Metodu

Aqsam mit-tul l-isdra tat-tiġieġ u għaddihom mid-dqiq li jkun imħawwar bil-bżar u l-melħ.

Aqli t-tiġieġ għal madwar 3 minuti sakemm jieħdu kulur dehbi. Oħroġhom mit-taġen u ħalli fil-ġenb.

Fuq nar bati aqli l-basal u l-faqqiegħ sakemm jibdlu l-kulur, madwar 6 minuti, tħawwad xi kultant. Żid it-tewm u kompli sajjar għal minuta oħra.

Ferragħ l-inbid abjad, il-brodu u l-meraq tal-lumi u saħħan sakemm il-likwidu jinxtorob, madwar 3 minuti. Ħawwar bil-bżar u l-melħ. Żid il-krema tal-ħalib.

Poġġi t-tiġieġ fit-taġen u iksihom biz-zalza tal-inbid.

Qabel isservi roxx ftit tursin fil-wiċċ u żejjen bi slajsis tal-lumi.