Skada l-permess tal-estensjoni tal-Addolorata

Skada l-permess tal-MEPA għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u għalhekk ma jistgħux isiru kuntratti għall-bejgħ ta’ oqbra li kellhom jinbnew fil-parti l-ġdida taċ-ċimiterju.
Il-każ ġie żvelat fil-Parlament ilbieraħ meta d-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa dwar konvenju li kellu jagħmel persuna iżda li fl-aħħar minuta tħassar l-appuntament biex dan jiġi ffirmat. 
Fi tweġiba, il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi wieġeb li “minħabba dewmien mill-amministrazzjoni preċedenti, il-permess tal-MEPA għall-estensjoni tal-Addolorata kien waqa’”.
Sentejn ilu, il-Gvern kien ħabbar li l-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata se twassal għal 3,000 qabar ġdid