SK Victoria Wanderers se jkollhom klabb sportiv ġdid

Dawl iġġenerat mix-xemx f’50 slipway Michael Farrugia
DOI

Wara numru ta’ snin il-klabb tal-futbol Għawdxi SK Victoria Wanderers se jkollu biċċa art fejn jista’ jiżviluppa fi klabb sportiv. Dan tħabbar illum fil-konferenza mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u mis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, l-iSport u l-Volontarjat Clifton Grima u Sports Malta. L-art ħa tkun mgħotija lill-klabb rabti b’ċens ta’ 45 sena u ħa tkun kbira 325 metru kwadru.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima ta’ din l-għajnuna li qed jagħti sabiex il-klabbs Għawdxin ukoll ikomplu jgħollu l-livell tagħhom u l-players ikollhom faċilitajiet adegwati biex jitħarrġu fihom.

Iċ-Chairman ta’ Sports Malta Luciano Busuttil, saħaq li hemm ‘sports divide’ bejn Malta u Għawdex u hemm bżonn ta’ aktar opportunitajiet lil żgħażagħ u tfal Għawdxin. Il-president tal-klabb Brian Azzopardi, saħaq li bħalissa kull m’għandhom huma żewġ kmamar taħt l-art u m’għandhomx wisa biex ilaqqgħu t-team. Azzopardi appella lill-awtoritajiet biex jgħinu aktar lill-għaqdiet volontarji.