Sitwazzjoni xejn faċli għal Ġulja

Ġulja

Episodju mimli stejjer mis-sensiela Għada Jisbaħ Ukoll jixxandar illum fit-3pm fuq TVM, b’repetizzjoni llejla fil-11.35pm u għada filgħodu fis-6.15am.

Kull karattru fl-istorja qisu bħalissa għandu l-problemi u d-diffikultajiet tiegħu.

Lil Auntie Lucy s’issa dejjem rajnieha manġa passiġġa u tħawwad xi waħda. Din id-darba ser naraw kemm fil-fatt din il-mara wkoll għandha l-inkwiet tagħha.

L-imbierkin ittri ta’ Peter ikomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni bejn Tereża u bintha Martina. Peter jipprova jikkonvinċi lil Tereża titkellem ma’ bintha u tgħidilha l-verità.

Ġulja mill-incident ta’ missierha l’hawn, ħajjitha ikkomplikat mhux ħażin.

L-istorja ta’ “Ċ” bit-tikka issa wkoll bdiet tqajjem interess fost is-semmiegħa tagħha, u mid-dehra is-sitwazzjoni mhiex xi waħda faċli. Għallinqas l-interess li qed juri fiha Philip qisu bħal xaqq ta’ dawl għaliha. Nathalie ma tantx qegħda f’sitwazzjoni tajba f’dik li hija saħħitha.

Il-pressjoni qegħda tkun għolja u l-inkwiet żgur li ma jgħamillix tajjeb. Sfortunatament, l-ħajja ssir aktar diffiċli bl-indħil kontinwu ta’ Blend. Jean-Paul ukoll jagħmel il-parti tiegħu għalkemm naqra diffiċli tifhem jekk huwiex minnu li nbidel jew hux qed jgħaddiha biż-żmien.

Rina forsi l-inqas li tispikka f’dan il-mument, iżda faċli wieħed jifhem illi hija wkoll għaddejja minn dilemma kbira minkejja l-ferħ li turi!

Għada Jisbaħ Ukoll jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM. Il-puntati tal-ġimgħa kollha jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.