Sitwazzjoni tal-biża’ f’ċerti nħawi fil-Colombia

Id-djoċesi  ta’ Tumaco, fil-Colombia  kkundannat l-atti ta’ vjolenza u qtil li għandhom storja twila f’dan ir-reġjun, kif ukoll l-abbanduna u l-emarġinazzjoni, li wasslu għall-ħolqien ta’ diversi gruppi armati u għall-korruzzjoni kbira fil-pajjiż. Dan kollu wassal biex illum il-popolazzjoni tar-reġjun qed għix f’sitwazzjoni terribbli.
“L-Isqfijiet, il-kleru u l-operaturi pastorali, konxji minn dak li qed jiġri  – abbanduna mill-Istat, vjolenza, traffikar ta’ droga, indifferenza, faqar u emarġinazzjoni – stiednu lill-poplu janalizza s-sitwazzjoni u jiskopru t-tama u d-djalogu biex jegħlbu din is-sitwazzjoni orribbli”, qalu l-isqfijiet fi stqarrija pubblika li ħarġu f’dawn il-ġranet.
Huma ddenunzjaw fatti li qalu li l-media ma titkellimx dwarhom. Dawn jinkludu: qtil ta’ persuna magħżula; kontro soċjali ta’ gruppi armati illegali,, persuni  jisparixxu, żjieda fil-konsum tad-droga l-aktar fost iż-żgħażagħ, niex imġiegħla jaħarbu minn djarhom u reklutaġġ ta’ tfal, bniet u subien, fid-dinja tax-xogħol furzat.
“Fid-dawl ta’ dan kollu, il-qtil ta’ sitt persuni  fil-5 ta’ dan ix-xahar fir-raħal ta’ Tandil, hu ta’ tħassib kbir”, qalu fl-istqarrija tagħhom l-Isqfijiet. Fiha jsostnu li l-akbar dnub tas-soċjeta’ hu t-traffikar tad-droga li qered individwi, familji uproġetti soċjali kbar.
Mons. Oralndo Olava Villanoba stieden b’mod enfatiku lill-awtoritajiet biex jikkjarifikaw il-fatti dwar id-diversi atti vjolenti li qed iseħħu partikolarment il-qtill ta’ dawn is-sitt persuni; talbu jidentifika proġetti ta’  żvilupp għal din iż-żona abbandunata u nkoraġixxa lill-komunita’ biex tkompli tittama li jkun hemm l-ordni u s-sigurta’ billi kulħadd jaqta’ r-rabtiet li għandu ma’ xi attivita’ illegali u vjolenti biex flimkien nibnu komunita’ awtentika.
L-Isqfijiet sostnew li l-“fruntieri inviżibbli” li nħolqu, qed iservu ta’ periklu kbir għall-popolazzjoni. Kull kwartier hu dominat minn grupp kriminali u allura hu perikoluż li wieħed joħroġ barra.  F’ċerti nħawi fil-pajjiż l-Armata Rivoluzzjonarja tal-Colombia jew gruppi armati oħra ta’ traffikanti tad-droga, ħolqu żoni li fihom inqabdu persuni u bdiewa li jixtiequ jgħixu fil-kwiet u fil-paċi u  minflok qed isibu ruħhom fil-mira ta’ vjolenzi u attakki minn gruppi armati.