Il-Parlament Ċiprijott se jiltaqa’ b’emerġenza biex jiddiskuti pakkett t’għajnuna finanzjarja li għandha tingħata lill-Gvern.
Il-Partit tal-President Nicos Anastasiades għandu 20 siġġu fil-parlament li hu magħmul minn 56 membru, u għandu bżonn l-apoġġ tal-membri l-oħra biex jgħaddi l-ftehim dwar l-għajnuna ta’ €10 biljun.
Il-poplu huwa mħasseb dwar il-kundizzjonijiet li ntlaħqu mal-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali biex Ċipru tkun tista’ tingħata din is-somma.
Waħda mill-kundizzjonijiet hi li dawk li għandhom il-flus fil-banek iħallsu miżata ta’ darba. Din wasslet biex ħafna nies qed joħorġu flushom mill-bank. Fid-dawl ta’ dan, is-swieq finanzjarji Ażjatiċi u Ewropej naqsu.
Il-President Russu Vladimir Putin qal li l-miżata mhix ġusta. Banek u negozji Russi għandhom depositi mdaqqsa f’banek Ċiprijotti.
Barra l-bini tal-Parlament f’Nicosia bħalissa għaddejjin protesti kbar.